Gwida

Skema ta� Residenza għal Żmien Twil tal-UE (EU Settlement Scheme): kif nużaw l-informazzjoni personali tiegħek

Kif l-Uffiċċju tal-Intern se juża l-informazzjoni personali tiegħek biex jiddeċiedi jekk jgħaddix l-applikazzjoni tiegħek lill-Iskema ta� Residenza għal Żmien Twil tal-UE (EU Settlement Scheme).

Barra minn verifika tal-identità, it-tliet modi ewlenin kif l-informazzjoni personali tiegħek se tiġi pproċessata huma:

  • verifiki tal-kriminalità u tas-sigurtà
  • jekk tajt in-numru tas-Sigurtà Soċjali tiegħek, verifiki f’ħin reali mad-Dipartiment għax-Xogħol u l-Pensjonijiet u d-Dħul u Dwana tal-Maestà Tagħha biex jikkunsidraw l-evidenza tar-residenza tiegħek fir-Renju Unit (pereżempju, rekords tat-taxxa jew tal-benefiċċji)
  • fuq bażi ta� każ b’każ, fejn tiġi kondiviża informazzjoni ma� organizzazzjonijiet oħra biex tiġi vverifikata evidenza li tkun tajt fl-applikazzjoni tiegħek għall-protezzjoni kontra l-frodi u l-użu ta� dokumenti foloz (pereżempju, verifikar ma� università li ċ-ċertifikat tal-università li tajt huwa awtentiku)

Din il-kondiviżjoni tad-data hija mfassla biex tgħin lill-applikanti jippreżentaw evidenza tal-istatus tagħhom b’mod veloċi u faċli billi tintuża data li tkun diġà miżmuma minn dipartimenti tal-gvern oħra.

L-Uffiċċju tal-Intern jista� wkoll, fuq bażi ta� każ b’każ, jipproċessa l-informazzjoni tiegħek b’modi oħra sabiex iwettaq il-funzjonijiet legali u uffiċjali tiegħu. Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju:

  • jekk, fil-ġejjieni, tapplika għal ċittadinanza tar-Renju Unit
  • jekk insibu evidenza li ġie kommess reat sinifikanti
  • jekk niskopru li qed jiġi kommess reat tal-immigrazzjoni (bħal żwieġ ta� konvenjenza)
  • biex l-Uffiċċju tal-Intern ikun jista� jwettaq id-doveri tiegħu ta� salvagwardjar

Dan huwa stipulat f’aktar dettall fl-avviż tal-informazzjoni dwar il-privatezza tas-Sistema tal-Fruntieri, l-Immigrazzjoni u ċ-Ċittadinanza (BICS). L-avviż ta� informazzjoni dwar il-privatezza tal-BICS jispjega wkoll kif tista� titlob kopja tal-informazzjoni personali tiegħek, u kif tista� tagħmel ilment. Għandek tkun taf li l-informazzjoni li tinsab f’din in-nota hija intenzjonata biex tissupplimenta l-avviż ta� informazzjoni dwar il-privatezza tal-BICS, u mhux biex tissostitwiha.

Updates to this page

Ippubblikat 11 March 2019
L-aħħar aġġornament 11 April 2019 show all updates
  1. Translated information added.

  2. First published.

Print this page